Thursday 19 January 2012

Ta' kultant nisimgħu dwarha dil-biċċa xogħol tal-organi, biss fil-verità sa xi 'diskussjoni' fuq ix-Xarabank naslu - xejn konkret. Ħasra ta' veru ħa ngħidlek, għax naħseb li kwistjoni importanti u ġest nobbli ħafna. Jien għandi l-opinjoni tiegħi wkoll fuq din l-affari - ara togħġbokx ħa.

Bħalissa, id-deċiżjoni jekk l-organi tiegħek isalavawx ħajjet ħaddieħor jew le, taqa' f'idejn qrabatek, wara mewtek (irrispettivament minn jekk kellekx donor card). Naħseb li din hija sitwazzjoni msejkna. Bir-rispett kollu ta, imma jista' xi ħadd jispjegali, x'użu għandhom il-qalb, il-pulmun, il-kliewi, il-fwied u l-kornea f'persuna mejta?

Naħseb li Malta għandha taddotta dik li bl-ingliż tissejjaħ opt-out organ donation system. B'dan it-tip ta' qafas legali, kull persuna Maltija li tmut hawn Malta, ikunu jistgħu jittiħdulha l-organi, sakemm din, f'ħajjitha, ma tkunx għamlitha bil-miktub li ma tridx tagħtihom.

B'sistema bħal din naħseb li l-persuna mejta tiġi onorata, u l-ħajja, salvata.

{ 2 kummenti... aqrhom hawn isfel jew Ikkummenta }

  1. I agree wholeheartedly with what you are proposing. I think that we are still very reluctant to donate organs after death. As you stated, it is ridiculous that after having voiced my opinion about wanting to give my organs after death, the final decision lies on my relatives. This is absurd and should be changed ASAP.

    I would like to add that with the current system, one is allowed to select which organs one would be willing to donate. Incidentally, there is an online form for people who are willing to apply for a donor card;

    http://www.transplantsupport.com.mt/application.htm

    I urge people to strongly consider donating their organs. One might be on the receiving end too ...

    ReplyDelete
  2. Thanks for your contribution :)

    Keep posting ;)

    ReplyDelete

Arkivju

Powered by Blogger.

- Copyright © Il-Kelma skont dan Luqa -Metrominimalist- Powered by Blogger - Designed by Johanes Djogan -