Friday 29 March 2013


Ilni ħafna biex nikteb fuq dan is-suġġet, u peress li bħalissa kull fejn tħares ħlief reliġjon ma tarax, ġietni l-muża. Qabel nibda però, nixtieq li niċċara xi punti:

  1. Dak kollu li se taqra hu applikabbli għar-reliġjon bħala kunċett, u mhux għar-reliġjon Kattolika Rumana per se.
  2. F'ħajti kont espost l-aktar għar-reliġjon Kattolika Rumana u għalhekk ħafna drabi se nirreferi għal din ir-reliġjon bħala eżempju.
  3. M'hiniex it-tip ta' bniedem li nara kollox abjad jew kollox iswed - jiġifieri nemmen li f'kull reliġjon fid-dinja ser issib ħafna tajjeb.
  4. Din hi biss l-opinjoni personali tiegħi - inħeġġek tikkummenta taħt dan l-artiklu jekk tixtieq.

L-ewwel nett, jien nemmen li qabel kollox, kull bniedem huwa annimal bil-bioloġija kollha tiegħu - Homo sapiens. Għandna moħħ li kapaċi jagħmel affarijiet kbar. Annimali oħra, flok għandhom moħħ żviluppat, issibilhom affarijiet oħra li fil-Homo sapiens ma ssibx. L-għasafar jistgħu itiru, l-ħut jista' jgħix taħt  l-ilma, l-gawwi jista' jixrob l-ilma baħar, etċ. Liema riga ħa tuża biex tiddeċiedi liema annimal hu aqwa minn ieħor? Kif darba qal tajjeb Albert Enstein: 
“Everybody is a genius. But if you judge a fish by its ability to climb a tree, it will live its whole life believing that it is stupid.”
Apparti minnhekk, ma nistgħux ninsew li eluf ta' snin ilu l-ispeċi tagħna (Homo sapiens) lanqas biss kienet teżisti, tant li qabilha kont issib speċi oħra ta' nies bħal per eżempju Homo heidelbergensis. Dawn tal-aħħar kienu diġà qed juru ċertu kapaċitajiet mentali għola minn ta' annimali oħra tant li kienu diġa jużaw xi għodod. Huwa maħsub ukoll li din l-ispeċi kienet l-ewwel waħda li kienet tidfen lill-mejtin. Jaħsbu li dan kien isir ukoll waqt riti ċerimonjali f'oqbra tal-massa. Dan il-fatt jista' jfisser li f'dan iż-żmien (madwar 200,000 sena ilu) il-bniedem kien diġà rabba l-parti spiritwali u/jew reliġjuża tiegħu. Għalhekk żgur illi l-ewwel reliġjon fid-dinja ma kienet l-ebda waħda minn dawk li mdorrijin nisimgħu dwarhom illum, u kien il-bniedem li ħoloq l-allat, u mhux bil-maqlub.

Bla ma trid, meta tisma' dan kollu tibda tistaqsi lilek innifsek diversi mistoqsijiet: Kif anki speċi iktar antika ta' bnedmin kienet diġa qed tberren fuq reliġjon? Għalfejn ħafna reliġjonijiet li nafu bihom jagħmlu enfasi kbira fuq il-ħajja wara l-mewt? Kollha mistoqsijiet kbar li tweġiba assoluta għalihom diffiċli li jkollna u għalhekk nistgħu naslu biss sa opinjoni. 

Kif għidt fil-bidu, l-uman huwa annimal u bħal kull annimal ieħor, l-għan bioloġiku bażiku tiegħu hu li jibqa' ħaj biex ikun jista' jipprokrea. Għalhekk, intrinsikament, kull annimal jibża' mill-mewt. Meta ma' dan l-istint iżżid il-kapaċità tal-ħsieb u l-għerf, l-affarijiet jsiru ferm iktar interessanti. 

Kif jgħidu, l-mistoqsija oħt il-għerf, u għax il-bniedem beda jiżviluppa mentalment beda wkoll jistaqsi dwar il-ħajja u dwar dak li kien jiġri madwaru (ix-xemx, ix-xita, etċ). Għall-ħafna snin, ir-reliġjon kienet it-tweġiba għal dak li x-xjenza kienet għada ma spjegatx.

Malli l-bniedem beda jaħseb u ried dejjem isir jaf iktar, apparti l-biża' mill-mewt, beda jibża' wkoll minn dak li mhux magħruf (fear of the unknown). U x'hemm iktar misterjuż minn x'isir minna wara l-mewt? Kemm insibuha ta' faraġ ġabra ta' ħsibijiet u filosofiji li ttina t-tama għall-ħajja ta' dejjem? L-ikbar żewġt biżat (mill-mewt u minn dak li mhux magħruf) ittaffijomna ir-reliġjon billi tgħidilna x'jiġri wara l-mewt: ħajja li ma tintemmx.

Dan jidher biċ-ċar f'kull reliġjon madwar id-dinja - min jgħidlek li jekk tgħix skont it-tagħlim se tmur il-ġenna għal dejjem, min jgħidlek se ssib 72 verġni lesti għalik u min jgħidlek li se terġa titwieled mill-ġdid. Temmen x'temmen l-għan tar-reliġjon fl-opinjoni tiegħi hu li tagħti faraġ u tama lil min iħaddana.

Propju għax l-għanijiet huma l-istess nemmen li dal-ħafna diviżijonjiet, ġlied u gwerrer fuq reliġjon ma jagħmlux sens. Ma ntilfux biżżejjed ħajjiet fil-kruċjati mijiet ta' snin ilu jew fl-attakki ta' 9/11? Min jaf li kieku kellna insibu dak kollu li hemm komuni f'kull reliġjon? Ċert li jinstab ħafna. Fl-opinjoni tiegħi, l-inkwiet jibda meta nieħdu t-tagħlim tar-reliġjon litteralment u/jew noqgħodu nfittxu x-xagħra fl-għaġina. Int ħu mill-Irlanda ta'Fuq. Pajjiż maqsum fuq jekk il-kap tal-Knisja hux il-Papa jew ir-Reġina.

Fl-aħħar nett, naħseb li jkun aħjar li kieku kull reliġjon fid-dinja tiffoka fuq l-essenza tal-messaġġi tagħha. Kont nippreferi li kieku meta kont tfal, minflok jgħiduli biex ma niekolx ħelu fir-Randan għax inkella "indaħħallu xewka lil Jesus", jgħiduli li rrid nibda nitgħallem nagħmel is-sagrifiċċji għax fil-ħajja trid tagħmel ħafna minnhom biex ikollok żwieġ jew karriera ta' suċċess per eżempju.

{ 2 kummenti... aqrhom hawn isfel jew Ikkummenta }

  1. hi luqa, Jien ilhi interessat u nsaqsi dwar it twemmin minn meta kelhi 15 il sena. Igiefieri ghal 40 sena shah inhoss li issa wasalt ghal tweggieba. Tajjeb li nghidlek ukoll li studjajt il bibbja ghal 6snin u ghallemta ukoll.
    Mill-istudji li ghamielt jindiga li l bniedem hafna drabi jpennci l-affarijiet kif jixtieq u mil back ground tieghu u mhux kif inhuma ezatti. Tajjeb li tkun taf li kif il bniedem beda jirraguna nnota li hafna affarijiet bhax xemx ma ghandux spjegazzjoni ghalihom u xebahom ma xi Alla.
    Bir -rispett kollhu meta tidhol go studji profondi tiskopri li hemm hafna sitwazzjonijiet li mhumiex ezatti u li qatt ma setaw graw ghax mhumiex compatibli ma l-istudji ta l-istorja kif nafuha ahna. Allura jiddispjacini nghid li ebda religion mi kredibli biex temmina.
    Min naha l-ohra fl istudji tax -xjenza fuq dak li ultimu. Ghada ma waslitx anzi dahlet go paradox li ma tistax issolvihom donna. Dan lahhar skoprew ukoll li il mohh ghandu relazzjoni ma dik li nsejhula quantum effect. Dan iffiser li il mohh ghandu konessjoni ma dimensjonijiet ohra. Jista jasal ghal rizultat fil futur ikollna prova xjentifika tar-ruh.

    Mela issa qed jidher car anki minn studji xjentifici. Li hemm dimensjonijiet ohra li x-xjenza ma tistax tispjeghom. u li id dimensjoni tghana hija rizultat minn dimensjonijiet ohra. Li ghallura tasal ghal rizultat.Li hafna mil entitajiet li nemnu fihom jistu jkunu rejali taht forma differenti min dak li nimaginaw ,imma vera qedin hemm.

    Ghallhekk tinhass il htiega li l bniedem jemmen. Sa dan it tant .Kullhad jghamel kif ihoss. Pero hadd ma ghandu fidejh il formola ezatti tal verita Kemm dawk li jemnu kif ukoll dawk li ma jemnux.
    Jiena personali wara xi zmien ateju, umbad nemmen u rgajt waqajt fcerta atezmu. Fil present inhoss li jien xettiku u agnostiku biss. Iktar ma jghaddi zmien iktar qed noqrob ghal twemmien fuq xi Alla imma kif nimaginah jien . allura minghar ma naf qieghed nivinta xi religion ohra. Imma nerga nirrepeti nista nkun zbaljat pero nhoss li qed insib posti fit twemmin nhossni komdu.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Din tal-quantum effect interessanti immens!! Qatt ma kont smajt biha.

      Naqbel miegħek f'kollox tista' tgħid. Din t'hawn fuq hija biss opinjoni tiegħi.

      Grazzi tal-interess

      Delete

Arkivju

Powered by Blogger.

- Copyright © Il-Kelma skont dan Luqa -Metrominimalist- Powered by Blogger - Designed by Johanes Djogan -